Lands Minister Stefan Zrinzo Azzopardi

F’Jannar tal-2024, il-Prim Ministru Dr. Robert Abela ħatar lil Dr. Stefan Zrinzo Azzopardi bħala l-Ministru għall-Artijiet u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali.

Dr. Zrinzo Azzopardi ggradwa mill-Università ta’ Malta bħala avukat fl-1999 u ftit wara beda jipprattika l-liġi fil-Qrati Ċivili u Kummerċjali.

Fl-2003, fl-età ta’ 30 sena, huwa nħatar bħala l-President tal-Partit Laburista fejn taħt l-inkarigu tiegħu l-partit wettaq diversi riformi fosthom ta’ tiġdid fl-istatut tal-Partit Laburista. Wara r-rebħa Laburista tal-2013, Dr. Zrinzo Azzopardi nħatar bħala ċ-Chairman
tal-Korporazzjoni tar-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir fejn kien responsabbli mit-tlestija ta’ diversi proġetti fil-Belt Valletta fosthom id-daħla tal-Belt, il-bini l-ġdid tal-Parlament, Pjazza Kastilja, Pjazza Tritoni u Ġnien Laparelli.

F’Jannar tal-2020, Dr. Zrinzo Azzopardi kien inħatar bħala s-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej fi ħdan l-Uffiċċju
tal-Prim Ministru.

Waqt li kien f’din il-kariga, huwa kien jattendi fuq bażi regolari l-Kunsill għall-Affarijiet Ġenerali tal-Unjoni Ewropea. Matul iż-żmien tiegħu, huwa kkonkluda b’suċċess pakkett finanzjarju ta’ €2.27 biljun għal seba’ snin (2021-2027). Dan kien jinkludi l-Pjan ta’ Rkupru
u Reżiljenza ta’ €320 miljun bħala għotja diretta wara l-pandemija.

Dr. Zrinzo Azzopardi kien ġie elett mill-ħames distrett, għat-tieni darba fl-elezzjoni ta’ Marzu tal-2022 fejn serva bħala l-Ministru
għax-Xogħlijiet Pubbliċi u l-Ippjanar. F’din il-kariga, huwa wettaq diversi riformi fis-settur tal-bini u l-kostruzzjoni. B’mod partikolari, huwa kien daħħal fis-seħħl-Liċenzja tal-Kuntratturi sabiex jinstiga aktarresponsabbiltà u xogħol ta’ kwalità ogħlafl-oqsma tal-iskavar,
tat-twaqqigħ u tal-kostruzzjoni. F’dan ir-rwol, huwa kien ukoll responsabbli mid-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi u diversi entitajiet oħra li jiffurmaw parti mid-dekasteru tiegħu.

artijiet
Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.