MINISTERU GĦALL-KULTURA, L-ARTIJIET U GVERN LOKALI

Fuq dan is-sit elettroniku issib informazzjoni dwar il-portafoll u l-istruttura amministrattiva tal-Ministeru flimkien ma’ informazzjoni utli dwar programmi u inizjattivi varji. Il-Ministeru jmexxi l-Awtorità tal-Artijiet, l-Uffiċċju Konġunt, u l-Aġenzija tar-Reġistrazzjoni tal-Artijiet. Barra minn hekk, il-Ministeru jieħu ħsieb ukoll il-Kultura u l-Gvern Lokali.